Il-Ħadd Filgħodu, Nieżel Nieżel
Imbagħad qomt il-Ħadd filgħodu
Nagħmel x’nagħmel, l-uġiegħ f’rasi ma jtaffix.
U l-birra li nftart biha niżlet għasel
Tant li niżżilt oħra għad-diżerta.
Mort gerfixt fil-gwardarrobba qalb il-ħwejjeġ
Sakemm sibt qmis mhux wisq maħmuġa.
Imbagħad ħsilt wiċċi, imxatt xagħari
U, kif stajt, inżilt it-taraġ, nilqa’ l-jum.
Il-lejl ta’ qabel kont fgajt moħħi
B’sigarretti u kant li kont għażilt.
‘mma kebbist tal-ewwel u qatt nara tifel zgħir
Jilgħab b’bott u jtih bis-sieq.
Imbagħad qsamt it-triq u mort in-naħa l-oħra
U xammejt riħa tal-Ħadd, tiġieġ jinqela.
U, Sinjur, kif ħadni lura għal xi ħaġa li kont tlift
Xi mkien, b’xi mod matul it-triq.
Mal-bankina, l-Ħadd filgħodu
Kemm nixtieq, Sinjur, li għadni mdamdam.
Għax fil-Ħadd insib xi ħaġa
Illi ġġegħelek tħossok waħdek.
U barra l-mewt m’hemm xejn li jġegħlek
Tħossok waħdek daqs il-ħoss
Ta’ bankina f’belt qed tongħos
U l-Ħadd filgħodu, nieżel nieżel.
Fil-park viċin ilmaħt missier
Ma tifla zgħira daħqana, ibandalha.
U waqaft ħdejn knisja żgħira
Nismagħom ikantaw dawk l-innijiet.
Imbagħad tlaqt għal għonq it-triq
Fil-bogħod it-tokki ta’ qanpiena waħdanija
Kienu jidwu tul il-ħondoq
Bħall-memorji jisparixxu tal-ħolm tal-bieraħ.